Fomm ir-Riħ
Qiegħed hawn Fomm ir-Riħ, ir-riħ u
l-kalma li hawn tilqgħek minn
mili ’l bogħod. L-baħar kalm, kalm, jitla' u jinżel waqt li tisma' l-ħoss taċ-ċagħaq jittrembel
taħt is-saħħa bla qies tal-baħar.
Ix-xemx tiddi b'saħħitha kollha fuq it-tafal niexef li xi żmien ilu kien
għadu jdellek.
Hawnhekk
m’int ser tara lil ħadd, biex
tifhmuni lanqas "reception"
tal-mobajl ma hawn. Il-paċi li hawn hija
nspjegabli, xi kultant tara xi farfett tar-Reġina jtir minn naħa għal oħra.
Jien
mixħut fuq dawn l-erba' ġebliet
fuq ix-xatt, napprezza
l-ambjent li nibża' li xi snin oħra ser jispiċċa fix-xejn u dan jispiċċa bini u
fabbriki minflok.
Xi ħaga
li taffaxxinani f'dan il-post huwa t-tafal, li kif diġa' għaidt huwa niexef għewda. Tgħidx
kemm huwa għoli u massiv, ġo
fih filli ssib xi biċċa ġebla tal-franka
jew xi biċċa materjal tal- kalċite. Hawnhekk huwa l-post tal-mistrieħ tiegħi, ma noqgħodx naħseb u nibża' minn xi problemi tal-ħajja,
nħossni liberu li nwettaq dak li rrid.
F'dan
il-post jitwieldu wisq ħsibijiet ġo
moħħi, bħal; "Ħa nkun nista' nibqa' niġi ġo din il-ġenna la nikber jew ser jiġri xi ħaġa u nitlef din l-opportunità ?"
Go dan
il-post dejjem nigi waħdi, in-nanniet tan-naħa t'ommi hawn joqgħodu ftit 'il
fuq minn dawn l'għoljiet, u għalhekk nieħu l-opportunita li ninżel hawn u naħseb
bil-kwiet. Dan il-post huwa veru wieħed
uniku!!!
Luca Zahra
No comments:
Post a Comment