It-Torri l-Aħmar
Kien
kmieni filgħodu, ġurnata fir-Rebbiegħa. Jien iddeċidejt li mmur mixja twila u għalhekk
qbadt triqti għat-torri l-aħmar. Peress li kien għadu qed jisbaħ, il-ħamrija
qalb il-ġebel tal-passaġġ kienet niedja u tleqq. Hekk kif kont tiela’ t-tela’
lmaħt il-bini majestuż tat-torri l-aħmar li jinsab ftit ’il bogħod mill-bajja
pittoreska tal-Għadira.
Hekk kif
wasalt, waqaft u ammirajt il-kobor u l-ġmiel ta’ dan it-torri. L-aktar ħaġa li
laqtitni f’dan il-bini kien il-kulur ħamrani tal-ġebel u t-taraġ twil u wieqaf
ta’ quddiem l-entratura. Hekk kif bdejt tiela’ t-taraġ stajt nara tlett twieqi
zgħar tal-ħadid fuq kull naħa tal-bieb. Ħarist ’il fuq u ġibidli l-attenzjoni
kanun kbir li kien qed jixxabbat ’il barra. Hawn skantajt bil-preċiżjoni li
biha kien mibni dan it-torri. Innotajt li l-ġebel kien imqiegħed waħda fuq l-oħra
b’reqqa kbira u d-dehra tiegħu kienet qisha disinn tal-mosajk. Peress li kien magħluq,
iddeċidejt inkompli bil-mixja tiegħi u rħejtilha lejn l-Għadira.
Matthew
Farrugia 8.1
No comments:
Post a Comment