Picture Window theme. Powered by Blogger.

Saturday, 5 April 2014

Il-post ta’ rilassament tiegħi ta' Brayden Farrugia



Il-post ta’ rilassament tiegħi

          Il-ħajja nbidlet, qed issir iżjed mgħaġġla u b’iżjed tensjoni. Kulħadd għandu l-post speċjali tiegħu, post fejn tista’ tkun int, fejn tkun fil-paċi u issib armonija. Post fejn tkun komdu u ferħan.
            Għal xi nies jaf ikollhom il-post ta’rilassament tagħhom fil-kwiet u hemm min ikollu post bieżel u storbjuż. Il-post tiegħi huwa l-kamra fejn norqod. Il-kamra tiegħi mimlija affarijiet. Mudelli ta’ xi vetturi li kienu jintużaw fil-gwerra, librerija zgħira, kompjuter u ħafna affarijiet oħra .
            Pjuttost inħobb naqra xi ktieb fejn dan jiftaħlek moħħok u jirrilassak. Ġieli meta naqra ktieb nibda niftakar fi tfuliti, tfulija li taħkmek u tieħu biċċa minnek.
            Meta nkun qed nilgħab xi logħba, nidħol fiha u nħalli l-immaġinazzjoni tiġri bija. Meta toqtol xi mostru kbir, jew issalva xi prinċipessa jew sempliċiment tibni dar u tgħix ġo fiha . Kemm nixtieq li nkun vera nista’ ngħix ġo logħba; il bogħod min-niket u gideb tan-nies.
            Ġieli tarani qed nibni xi mudell ta’ vettura b’ħafna għodda li meta nmisshom iraqduli l-problemi kollha ta’ ħajti u nsib serħan fil-mudelli sbieħ li nkun bnejt.
            F’kamarti nsib paċi u rilassament li m’hemm f’ebda post ieħor. Kamra mimlija ħsibijiet u dilemma, kamra li ttik serħan u ferħ.


No comments:

Post a Comment