Il- Grawnd
Post
interessanti fejn jien nħossni rilassat u ikkalmat hu meta nitla' l-grawnd. Il-
grawnd tħoss ġo fik ċertu ħeġġa u
sodisfazzjon biex inti, flimkien man-nies l-oħra tingħaqad f'għajta waħda biex
tgħin lit- tim tiegħek joħroġ rebbieħ.
Apparti l-post kif inhu, meta nara dak
il-ħaxix aħdar imdawwar b'żewġ lasti, jagħtini rilassament u kuraġġ għat-tim
tiegħi. Vera li ħafna nies isibu il-grawnd bħala x'imkien fejn inti toqgħod titgħajjar
u toffendi lill-avversarji , iżda m'għandux ikun hekk . Il- grawnd huwa post
fejn inti għandek tinkuraġġixxi lil sħabek u tiddeverti wkoll.
Fil-grawnd qabel
tibda l-logħba jkun hemm iktar kwiet u inqas eċitament. Dak il-ħin tkun tista'
tisma' bil-kwiet kollu lill-għasafar ipespsu , is-siġar jiċċaqalqu bil-mod ma'
dik iż-żiffa sajfija u jibdew ġejjin ħafna dilemmi . Nibda naħseb u niftakar dwar
kemm-il persuna tat is-sehem tagħha biex il- futbol f' Malta jkun possibli bħal
pajjiżi oħra. Meta nkun bilqiegħda , b'veduta eċċezzjonali, nibda naħseb kemm-il
plejer skurja f' dik il- lasta, jew iċċelebra ma' sħabu għax rebaħ it-tazza
finali. Iva, għalija semplici grawnd tal- futbol jagħtini sens ta' kalma u
rilassament.
Luke
Fenech
Mosta FC <33
ReplyDelete