Filgħodu kmieni fil-bard ta’ Jannar
li-nefaħ wisq u baqa’ sejjer s’April,
inkun sejjer l-iskola bil-vann. Kmieni, kollni ġenn, taħwid, storbju, inkwiet
…u jkolli n-nervi wkoll. Nervi, sabiex
jasal dak il-mument li l-vann jasal quddiem dik l-għalqa, quddiem dik is-siġra,
quddiem dak iz-zokk li hu xi ftit jew wisq imxengel lejn ix-xellug. Li bil-mod kif waqa’ kixef sigriet ta’ tama. Li
qalb il-bini u t-taħwid tal-bniedem hemm il-ħdura.
Hemm għalqa ċkejkna, ferħana u
kburija. Tifraħ u
tinki lill-bini ta’ madwarha sempliċiment bil-preżenza tagħha. U jekk tbexxaq għajnejk
u tħalli t-tfulija taħkmek xi ftit, tista’ tara’ lis-siġra tiżfen u tfaħħar lil-
pjanti, lill-ħaxix, lill-ħitan li jgħassuha mill-modern, lill-kwiekeb u lil
kull ħaġa li għad fadallha ruħ. U iktar ma’ naħseb fuqha iktar inkun irrid
naqbeż minn fuq is-siġġu u noħroġ barra mill-vann u nintefa’ taħt is-siġra għal
xi siegħa jew sagħtejn u naħseb...
U
nraqqad il-ħin sakemm inkun ċert li l-problemi kollha ta’ ħajti jsibu serħan
fuq kull waħda mill-petali tas-siġra u jibqghu siekta hemmek. U jħalluni fid-dell taħt is-siġra ngawdi il-paċi li tant qed tożż din
is-siġra ċkejkna iżda tant b’saħħitha. Siġra mimlija ħsibijiet u dilemmi. Siġra, li taf kif tgħix u kif tgħajjex.
No comments:
Post a Comment