Picture Window theme. Powered by Blogger.

Tuesday, 8 April 2014

Post għall-Mistrieħ ta' Matthew Conti


POST GĦALL- MISTRIEĦ

Ħafna drabi, meta jkolli ammont kbir ta’ xogħol, inkun irrid inżvoga. Kull darba li jien għandi bżonn niskappa l-ħajja u naħrab milll-problemi li jkolli, naqbad u nmur......
Jiena mmur nimxi ġol-kampaja. Immur mixja u indum siegħa, sagħtejn. Dak il-ħin inħossni liberu minn kollox minn kull ostaklu u kull problema. Il-kampanja hija mdawra b’affarijiet naturali bħar-riħ frisk li jaħbat ma’ wiċċi u minnu jien nixrob l-arja pura. (Dak il-ħin jiena ninsa il-gassijiet valenużi li jaħorġu mil-karozzi u mill-fabriki).  Minflok il-ħornijiet aggressivi tal-karozzi, nisma’ l-kant tal-għasafar mat-tħaxwix tas-siġar u tal-ħaxix aħdar u frisk. Imma l-iktar ħaġa li nieħu pjaċir nagħmel meta inkun ġol-kampanja hija li nħares lejn il-fjuri li juru l-kulur u (s-sbuħija) tan-natura Maltija. Alla ħalaq kreaturi bħall- bebbux, l-għasafar u l-gremxul li jħobbu jgħixu ġol-ħajt tas-sejjieħ u dawn ikomplu jżewqu n-natura ta’ madwarna. Meta ngħeja mill-mixja, naqbad u nintelaq fuq il-ħamrija sħuna u komda u norqod raqda.  


Imma xorta waħda noqgħod naħseb fuq it-tajjeb tal-ħajja tiegħi bħall-familja il tant tħobbni u sħabi li jirrispettawni. Jiena hawnhekk inħares lura fiż-żmien, meta kont iżgħar kemm kont aktar liberu mix- xogħol u kont niġri jew nilgħab xi logħoba ma’ sħabi. Jiena xi kultnat ngħid bejni u bejn ruħi biex xi darba nibni dar u ngħix hawnhekk ’il bogħod mill-ħajja sfrenata tal-ibliet. 
Imma meta l-ħin jiskadi kollox jerġa’ jiġi għal ma’ wiċċi, kull problema u t-toqol tal-ħajja ta’ kuljum jerġgħu jiġu ġo moħħi għax irrid nerġa’ immur id-dar u nkompli bir-rutina tas-soltu.     

No comments:

Post a Comment