Il-Ħajja tal-Baħar
Waqt li kont miexi fuq il-ħliel
tal-baħar issabat mal-blat jigref u jobrox jintlema tajr ta’ kull
kulur ta’ tip itir mal-qawwa b’saħħitha tar-riħ ivenven bis-sema kaħlanija bla
storbju ta’xejn ħlief il-passi tiegħek u l-baħar iċafċaf. Il-hena
li jkun hemm fil-preżenza tiegħek qatt ma tista’ tisspjegaha ħlief bi ftit
kliem waħda,paċi,
il-pjaċir u l-mistrieħ ta’kulħadd.
Mhemm xejn
isbaħ milli tipprova
tifhem il-ħajja
kif taħdem u natura kif tafettwa l-ħajja tagħna u
kif ngħixu. L-atmosfera
hija tal-blieh, b’dik ir-riħa tal-melħ u l-arja mimlija ħajja. Donnu
l-bajja tibda tkellmek bis-sensi u ttik x’tifhem b’energija ta’ tfulija. Ġurnata
sabiħa mhemmx li titlifha b’xemx tixgħel u tiżreġ,tmiss
kemm kemm mal-baħar waqt li tkun nieżla nkiss,inkiss.
Tħossok
dieħel il-ġenna b’ramel ħafif u kannella jtir mar-riħ mexxej, tinduna bis-sbuħija u bl-enerġija taż-żogħżija. B’dak
ir-raxx ta’ baħar imellislek wiċċek b’riħa
ta’melħ ifuħ.
Post bħal dan mhemmx ċans li tirriġettah b’din is-sbuhija tgħanni fuq wiċċ in-nies li qed
jifirħu bis-sbuħija tal-baħar u ta’ madwarna. Din is-sbuhija tan-natura tipnotizza
lin-nies,tikkmandahom u tilgħab bihom kif trid.
No comments:
Post a Comment